Għandek dak li hemm bżonn?
Biex tapplika għall-kompetizzjoni fil-qasam tal-Ġestjoni tad-Data (AST3), trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
- Tkun ċittadin tal-UE u tgawdi d-drittijiet kollha ta’ ċittadin tal-UE.
- Ikollok għarfien sħiħ ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE (Livell C1) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE (Livell B2).
- Barra minn hekk, irid ikollok:
- studji postsekondarji ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikati b’diploma f’qasam rilevanti għall-qasam li tkun għażilt, segwiti minn mill-inqas tliet snin esperjenza professjonali rilevanti;
jew - lawrja ta’ Baċellerat (fi kwalunkwe qasam) segwita minn diploma rilevanti (bħal ċertifikat postgradwatorju, diploma gradwatorja, Master’s, PhD). F’dan il-każ, ma għandekx bżonn esperjenza professjonali;
- jew
- livell ta’ edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, segwit minn mill-anqas sitt snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti.
- studji postsekondarji ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikati b’diploma f’qasam rilevanti għall-qasam li tkun għażilt, segwiti minn mill-inqas tliet snin esperjenza professjonali rilevanti;
Ir-rekwiżiti preċiżi jvarjaw skont il-qasam. Il-kandidati jridu jikkonsultaw l-Avviż tal-Kompetizzjoni għad-dettalji kollha.