Skip to main content

Qafas tal-Kompetenzi - l-ankri

Il-Qafas tal-Kompetenzi l-ġdid tal-EPSO jiddefinixxi t-8 kompetenzi ġenerali li l-uffiċjali tal-UE huma mistennija li juru tul il-karriera tagħhom. 

Kull kompetenza ġenerali hija magħmula minn diversi elementi osservabbli, imsejħa ankri.

Taħseb b’mod olistiku u ssarraf l-informazzjoni kumplessa f’soluzzjonijiet kreattivi u innovattivi. 

Ankri: 

  • Tiddistingwi l-elementi essenzjali minn dawk inqas kruċjali u jirnexxilek tintegra l-informazzjoni li tkun ġejja minn sorsi differenti. 
  • Tidentifika modi possibbli ’l quddiem filwaqt li tqis firxa ta’ fehmiet u pożizzjonijiet. 
  • Timmaniġġja tajjeb l-informazzjoni u l-kunċetti kumplessi.
  • Tistabbilixxi konnessjonijiet bejn elementi li jmorru lil hinn mill-qasam ta’ responsabbiltà tiegħek stess u l-preżent.
  • Tantiċipa l-impatt possibbli fir-rigward tal-istampa aktar ġenerali. 
  • Tiġġenera ideat oriġinali u soluzzjonijiet innovattivi għall-problemi billi taħseb b’mod kreattiv.

Tieħu deċiżjonijiet f’ambjent li qed jinbidel, issarrafhom f’azzjoni u taħdem lejn riżultati tanġibbli. 

Ankri: 

  • Tieħu d-deċiżjonijiet, anke meta tiffaċċja ċirkostanzi mhux magħrufa jew informazzjoni mhux kompluta. 
  • Tasal għal deċiżjoni infurmata, u tiċċekkja l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ alternattivi differenti.
  • Tadotta appoċċ prattiku: tadatta b’mod flessibbli u tagħżel l-aktar approċċ opportun skont is-sitwazzjoni. 
  • Tissuġġerixxi b’mod proattiv l-azzjoni u s-soluzzjonijiet fuq inizjattiva tiegħek stess.
  • Tipproponi azzjoni mmirata sabiex tikseb riżultati tanġibbli għall-objettivi stabbiliti.

Tittraduċi l-għarfien u l-ħiliet permezz ta’ għodod u teknoloġiji diġitali, tottimizza l-modi ta’ ħidma billi tuża l-ambjent diġitali. 

Ankri: 

  • Tuża sorsi rilevanti u strateġiji ta’ tiftix differenti biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni li jirriżultaw minn kompiti kumplessi.
  • Tevalwa l-kredibbiltà u l-affidabbiltà tas-sorsi, tad-data, tal-informazzjoni u tal-kontenut fl-ambjenti diġitali.
  • Tagħżel u tapplika għodod u teknoloġiji diġitali xierqa biex taħdem mal-oħrajn, tinteraġixxi u tikkondividi l-informazzjoni.
  • Tirrikonoxxi l-valur tal-kompetenzi diġitali u turi r-rieda li l-ħin jiġi investit b’mod proattiv biex iżżomm ruħek aġġornat mal-evoluzzjoni diġitali.
  • Tindika u tispjega l-ħtiġijiet teknoloġiċi b’mod ċar lill-kollegi, lill-fornituri tas-servizzi u lill-partijiet ikkonċernati.

Torganizza l-kompiti tiegħek stess, turi responsabbiltà u attitudni kostruttiva f’kull ħin.

Ankri: 

  • Torganizza x-xogħol tiegħek b’mod effettiv.
  • Tieħu r-responsabbiltà għar-riżultati proprji u turi impenn biex tilħaq l-għanijiet tiegħek.
  • Twieġeb b’mod kalm għall-ostakli u kapaċi titbiegħed mill-frustrazzjoni u n-negattività. 
  • Tapplika strateġiji biex tgħin fil-prevenzjoni tal-istress u elemeti li jfixkluk (eż. titlob l-għajnuna jew l-appoġġ meta jkun meħtieġ). 
  • Tadatta fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol li jinbidlu u tirreaġixxi b’mod pożittiv għal ċirkostanzi li jvarjaw.

Turi kooperazzjoni transfunzjonali u trawwem id-diversità u l-inklużjoni.Tikkoopera tajjeb billi tfittex il-kompromess, taqsam l-għarfien u tassisti lill-oħrajn. 

Ankri:

  • Tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn it-timijiet u tidentifika ruħek mal-għanijiet u l-interessi komuni.
  • Tiddiskuti d-differenzi ta’ opinjoni b’mod miftuħ mal-individwi kkonċernati, tifhem fehmiet oħra, u tistinka għal kompromess f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt.
  • Tħaddan id-diversità u trawwem ambjent ta’ inklużjoni, tistinka biex tittratta lill-oħrajn kollha b’mod ugwali u ġust. 
  • Toffri assistenza u għajnuna lill-oħrajn. 
  • Tikkondividi b’mod proattiv l-għarfien għall-benefiċċju u t-tagħlim tal-oħrajn fuq bażi kontinwa.

Timmaniġġja b’mod attiv it-tagħlim, it-tkabbir u t-titjib personali. 

Ankri: 

  • Tidentifika l-ħtiġijiet ta’ tagħlim tiegħek stess u tiżviluppa l-ħiliet tiegħek stess permezz ta’ tagħlim kontinwu. 
  • Tmexxi t-tkabbir personali b'mod intenzjonat: tistinka biex tifhem il-punti b’saħħithom u dawk dgħajfin tiegħek stess.
  • Twieġeb b’mod pożittiv għall-feedback u għall-kritika kostruttiva.
  • Taħtaf kull opportunità biex titgħallem, anke minn sitwazzjonijiet li ma jirnexxux.
  • Tidentifika opportunitajiet biex tapplika t-tagħlimiet meħuda u ttejjeb il-prestazzjoni tiegħek.

Twassal l-informazzjoni u l-opinjonijiet b’mod ċar, tiġġenera l-ħeġġa għall-parteċipazzjoni billi tiffaċilita l-interazzjoni u tikkomunika b’mod effettiv mal-oħrajn. 

Ankri:

  • Twassal l-informazzjoni u l-opinjonijiet b’mod ċar u konċiż (verbalment kif ukoll bil-miktub). 
  • Tfassal il-messaġġ biex iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-persuna jew tal-persuni li tkunu qed tikkomunika magħhom.
  • Tuża argumenti konvinċenti u raġunament sod biex twassal il-messaġġ.
  • Tqis il-perspettiva tal-oħrajn. 
  • Tikkomunika b’modi li jiġġeneraw il-ħeġġa għall-parteċipazzjoni u toħloq sitwazzjoni fejn jirbaħ kulħadd għall-partijiet involuti.

Tixpruna l-bidla, tispira u tagħti s-setgħa lill-oħrajn fl-implimentazzjoni tal-bidla u toffri gwida fil-livelli kollha. 

Ankri:

  • Turi inizjattiva, tneħħi l-ostakli u taħseb minn qabel f’dak li jista’ jiġri.
  • Tilqa’ sfidi ġodda u tieħu l-inizjattiva lejn il-bidla, tieħu r-riedni f’idejk meta jkun meħtieġ.
  • Tispira u tħeġġeġ lill-oħrajn biex jieħdu azzjoni u jimxu ’l quddiem.
  • Tiggwida u tagħti s-setgħa lill-oħrajn sabiex jikbru u jtejbu l-prestazzjoni tagħhom.
  • Taġixxi bħala mudell eżemplari u ambaxxatur għad-dipartiment.