Skip to main content

Assistenti (AST 1 sa AST 9)

Il-kandidati li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni għal Assistenti jista’ jkollhom jgħaddu mit-testijiet li ġejjin:

 

The reasoning tests are multiple-choice questionnaires designed to evaluate your logical thinking skills and your ability to understand verbal and numerical information, as well as relationships between abstract concepts that are not linguistic, spatial, or numerical in nature.

Try our sample tests below (Please note that sample tests may take longer than usual to load)

Verbal Reasoning - Available in the following languages: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Numerical Reasoning - Available in the following languages: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Abstract Reasoning - Available in: EN

You can also access an accessible version of these sample tests. 

Get familiar with the OAT testing platform.

Il-kwestjonarju b’għażla multipla relatat mal-qasam (FRMCQ) jinkludi sensiela ta’ mistoqsijiet, li huma mfasslin biex jittestjaw il-ħiliet u l-għarfien relatati mal-qasam tal-kompetizzjoni. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq id-dmirijiet meħtieġa għall-profil speċifiku. Kull mistoqsija hi marbuta ma’ erba’ għażliet differenti ta’ tweġibiet, li waħda minnhom biss hi korretta.

Fis-sejħa għall-kompetizzjoni u fl-ittra ta’ stedina hemm indikata aktar informazzjoni.

Dan it-test jivvaluta l-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub tal-kandidati.

L-EPSO jista’ juża wieħed jew aktar mill-formati li ġejjin, skont il-ħtiġijiet espressi mis-servizzi ta’ reklutaġġ għal kull kompetizzjoni:

  1. Test bil-Miktub (WT) – relatat mal-qasam/oqsma tal-kompetizzjoni; jivvaluta l-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub biss.
  2. Test bil-miktub relatat mal-qasam (FRWT) – jivvaluta kemm il-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub kif ukoll l-għarfien fil-qasam rilevanti tal-kompetizzjoni.
  3. Essay b’test liberu dwar kwistjonijiet tal-UE (EUFTE), li jivvaluta biss il-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub.

Il-kandidati jridu jlestu l-inkarigu/i tagħhom billi jużaw il-materjal ipprovdut mill-EPSO, kif speċifikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-“ankri” speċifiċi elenkati hawn taħt. (Ankri tirreferi għall-elementi kkunsidrati meta tkun qed tiġi evalwata kompetenza partikolari.)

  • Jagħti l-komunikazzjoni bil-miktub struttura bi fluss ta’ ideat loġiku.
  • Jikteb b’mod konċiż, filwaqt li jevita kliem u sentenzi mhux meħtieġa.
  • Jippreżenta s-suġġett b’mod ċar u li jinftiehem.
  • Jadatta u jfassal il-kitba għall-udjenza u l-iskop maħsuba.
  • Juża l-informazzjoni pprovduta b’mod effettiv biex jittratta l-kompitu.

Hawnhekk tista’ ssib test kampjun biex tiffamiljarizza ruħek mal-pjattaforma tal-ittestjar. 
Jekk jogħġbok innota li t-test jibda biss ladarba jkun spiċċa l-kronometru li jidher fin-naħa ta’ fuq tat-tieqa.