Għandek dak li hu meħtieġ?
Biex tapplika għall-kompetizzjoni tal-Ġestjoni tad-Data (AST3), trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Tkun ċittadin tal-UE u tgawdi d-drittijiet kollha ta’ ċittadin tal-UE.
- Ikollok għarfien sħiħ ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE (Livell C1) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE (Livell B2).
- Irid ikollok ukoll:
livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas sentejn, iċċertifikat b’diploma rilevanti fil-qasam magħżul, segwit minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti;
jew
- livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li jagħti aċċess għal edukazzjoni postsekondarja, segwit minn mill-anqas 6 snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti.
Ir-rekwiżiti eżatti jvarjaw skont il-qasam. Il-kandidati jridu jikkonsultaw l-Avviż tal-Kompetizzjoni għad-dettalji kollha.