Skip to main content

portal tal-kandidati tal-EU login

INFORMAZZJONI IMPORTANTI: 
M’għandekx tuża opzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ parti terza bħall-eID, 
Facebook jew Google biex toħloq il-kont tal-EU Login tiegħek u l-profil tal-Portal Uniku tal-Kandidati minħabba li eventwalment 
titlef l-aċċess għall-kont li jkun fih l-applikazzjoni/jiet tiegħek u tirriskja li ma toħloqx kont validu jew li tonqos milli tilħaq l-istatus 
ta’ kandidat f’din il-kompetizzjoni (għal informazzjoni dettaljata 
jekk jogħġbok ara Kif noħloq kont tal-EU LOGIN). 

Bħalissa qed taħdem għall-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-UE?

Jekk iva, allura diġà għandek EU LOGIN korporattiv (intern).

Hemm żewġ sitwazzjonijiet importanti li għandek tikkunsidra:

  1. Għandek kuntratt permanenti bħala uffiċjal tal-UE: f’dak il-każ, trid tuża l-EU LOGIN korporattiv (intern) attwali tiegħek għall-applikazzjoni tiegħek permezz tal-Portal Uniku tal-Kandidati.
  2. Għandek kuntratt temporanju bħala persunal tal-UE: f’dak il-każ, trid toħloq EU LOGIN ġdid, billi tuża indirizz tal-email privat. 
    Għandek tuża wkoll kompjuter personali, inkella, il-kompjuter professjonali tiegħek juża l-EU LOGIN korporattiv (intern) tiegħek b’mod awtomatiku. 
    Għal struzzjonijiet dwar kif tistabbilixxi fatturi ta’ awtentikazzjoni għall-kont tal-EU LOGIN estern tiegħek, jekk jogħġbok aqra Nista’ nirreġistra l-istess mowbajl għal żewġ kontijiet differenti tal-EU LOGIN?

Il-kandidati b’kuntratt temporanju m’għandhomx jużaw l-EU Login korporattiv tagħhom minħabba li eventwalment jistgħu jitilfu l-aċċess għall-profil tagħhom fil-Portal Uniku tal-Kandidati. 
L-EPSO jirrifjuta kwalunkwe responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-istruzzjonijiet.