Skip to main content

Kwalifiki Speċifiċi għall-Qasam

1. Xjenzi ambjentali u klimatiċi, inġinerija u ekonomija

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: xjenzi agrikoli; arkitettura; bijokimika; bijoloġija; xjenzi bijoloġiċi; kimika; xjenzi tal-kompjuters; ekoloġija; ekonomija; inġinerija; xjenzi ambjentali; foresterija; ġeografija; ġeoloġija; xjenzi idroloġiċi; xjenzi tal-ħajja; xjenza tal-materjali; matematika; meteoroloġija; xjenzi naturali; xjenzi alimentari; oċeanografija jew xjenzi tal-baħar; fiżika; xjenzi soċjali u studji umanistiċi; xjenzi tal-ħamrija; statistika.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: monitoraġġ u mmudellar ambjentali; bijodiversità u servizzi tal-ekosistema; standards u metodoloġiji regolatorji; impatti u kontroll tat-tniġġis; użu sostenibbli tal-art u konservazzjoni tar-riżorsi naturali; ekonomija ċirkolari u sostenibbiltà; valutazzjoni tal-impatti fuq l-ambjent; sostenibbiltà tal-bini u tal-infrastruttura; katina tal-provvista u l-akkwist; żvilupp u formulazzjoni tal-politika. 

2. Xjenza tal-enerġija u s-sostenibbiltà

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: xjenzi agrikoli; arkitettura; bijokimika; bijoloġija; kimika; xjenzi tal-kompjuters; ekoloġija; ekonomija; inġinerija; xjenzi ambjentali; foresterija; ġeografija; ġeoloġija; xjenzi idroloġiċi; xjenzi tal-ħajja; xjenza tal-materjali; matematika; meteoroloġija; nanoteknoloġija; xjenzi naturali; xjenzi nukleari; oċeanografija jew xjenzi tal-baħar; fiżika; xjenza politika; psikoloġija; xjenzi soċjali u studji umanistiċi; statistika.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli; konsum u effiċjenza tal-enerġija; sostenibbiltà tal-bini; integrazzjoni tal-enerġija; impatt fuq l-ambjent; ħżin u konverżjoni tal-enerġija; tranżizzjoni lejn sistemi sostenibbli; analiżi tas-suq tal-enerġija; żvilupp u formulazzjoni tal-politika; riċerka dwar l-enerġija nukleari. 

3. ICT u s-sigurtà (ċibernetika)

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: xjenzi tal-kompjuters; inġinerija; xjenza tal-materjali; matematika; xjenzi naturali; fiżika; xjenza politika; psikoloġija; xjenzi soċjali u studji umanistiċi; statistika.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: strateġija dwar iċ-ċibersigurtà; sigurtà tal-infrastruttura; intelligence dwar it-theddid; reżiljenza tas-sigurtà (ċibernetika); teknoloġiji emerġenti; networks ta’ komunikazzjoni; protezzjoni tad-data; intelliġenza artifiċjali (IA) u inġinerija tas-software; kriptografija u standardizzazzjoni; analiżi tal-impatt tal-politika.

4. Analiżi tad-data, riċerka, u applikazzjonijiet għal teħid ta’ deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: xjenzi attwarji; arkitettura; banek u finanzi; bijokimika; bijoloġija; kimika; xjenzi tal-kompjuters; ekonometrija; ekonomija; inġinerija; ġeografija; matematika; meteoroloġija; xjenzi naturali; xjenza politika; fiżika; xjenzi soċjali u studji umanistiċi; statistika.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: xjenza u inġinerija tad-data; IA u t-tagħlim awtomatiku; analiżi tat-test; proċessar ta’ data; tfassil tal-politika abbażi tal-evidenza; kollegament tad-data; esplorazzjoni u viżwalizzazzjoni tad-data; kwalità tad-data; evalwazzjoni tal-politika; kollaborazzjoni u prospettiva.

5. Riċerka u applikazzjonijiet fl-intelliġenza artifiċjali, it-tagħlim awtomatiku, u sistemi kumplessi

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: xjenzi agrikoli; bijokimika; bijoloġija; kimika; xjenzi tal-kompjuters; ekoloġija; ekonomija; inġinerija; xjenzi ambjentali; xjenzi idroloġiċi; xjenzi tal-ħajja; matematika; meteoroloġija; xjenzi naturali; oċeanografija jew xjenzi tal-baħar; fiżika; psikoloġija; xjenzi soċjali u studji umanistiċi; statistika.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: xjenza tad-data u l-IA; applikazzjonijiet tal-IA; sistemi algoritmiċi; etika u sorveljanza tal-IA; IA ġenerattiva; innovazzjoni xprunata mill-IA; analiżi tar-riskju tal-IA; ġestjoni tal-big data; operazzjonijiet ta’ tagħlim awtomatiku; sistemi kumplessi.

6. Applikazzjonijiet spazjali u teknoloġiji tal-ġeoinformazzjoni

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: xjenzi agrikoli; arkitettura; kimika; xjenzi tal-kompjuters; ekoloġija; ekonomija; inġinerija; xjenzi ambjentali; foresterija; ġeografija; ġeoloġija; xjenzi idroloġiċi; xjenzi tal-ħajja; xjenza tal-materjali; matematika; meteoroloġija; nanoteknoloġija; xjenzi naturali; xjenzi nukleari; oċeanografija jew xjenzi tal-baħar; fiżika; xjenzi soċjali u studji umanistiċi; statistika.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: osservazzjoni tad-dinja u ġeoinformazzjoni; sistemi globali ta’ navigazzjoni bis-satellita u komunikazzjoni mingħajr fili; katina tal-provvista spazjali u t-teknoloġiji emerġenti; kompetenzi u għodod trasversali.

7. Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: xjenzi agrikoli; bijokimika; bijoinformatika; inġinerija bijoloġika; xjenza bijoloġika; bijoloġija; inġinerija bijomedika; bijostatistika; bijoteknoloġija; inġinerija kimika; kimika; bijoloġija komputazzjonali; xjenzi tal-kompjuters; ekonomija; inġinerija; xjenzi ambjentali; epidemjoloġija; xjenzi tal-ikel; ġenomika; xjenzi globali u tas-saħħa pubblika; teknoloġija tal-informazzjoni; xjenzi tal-ħajja; xjenza tal-materjali; matematika; xjenzi mediċi; mikrobijoloġija; epidemjoloġija molekulari; nanobiotekonoloġiji; nanoteknoloġija; xjenzi naturali; xjenzi nukleari; xjenzi alimentari; oċeanografija jew xjenzi tal-baħar; xjenzi farmaċewtiċi; spiżerija; fiżika; psikoloġija; saħħa pubblika; xjenzi soċjali u studji umanistiċi; statistika; viroloġija.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: monitoraġġ u analiżi tas-saħħa pubblika; studji epidemjoloġiċi u mmudellar; riċerka dwar terapiji innovattivi; kollaborazzjoni mal-aġenziji tas-saħħa u tas-sikurezza tal-ikel; evalwazzjoni tal-impatt fuq l-istil ta’ ħajja u n-nutrizzjoni; żvilupp ta’ metodi analitiċi; għodod u skemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità; sikurezza tal-prodotti; analiżi tas-sistemi tal-kura tas-saħħa; intelliġenza artifiċjali u ġestjoni tal-big data.

8. Xjenza tat-trasport u l-mobbiltà sostenibbli

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: arkitettura; xjenzi tal-kompjuters; ekoloġija; ekonomija; inġinerija; xjenzi ambjentali; ġeografija; xjenzi tal-ħajja; xjenza tal-materjali; matematika; xjenzi naturali; fiżika; statistika.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: soluzzjonijiet ta’ trasport sostenibbli; valutazzjoni tal-impatt ambjentali; evalwazzjoni tal-vettura; mudelli u simulazzjonijiet tat-trasport; riċerka dwar il-mobbiltà urbana; analiżi tal-infrastruttura tat-trasport; valutazzjoni tas-sikurezza strutturali; rakkomandazzjonijiet u gwida ta’ politika; valutazzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda; studji relatati mad-droni.

9. Xjenzi soċjali, ekonomiċi u politiċi

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: xjenzi attwarji; arkitettura; banek u finanzi; xjenzi tal-kompjuters; ekonomija; xjenzi edukattivi; inġinerija; studji futuri; ġeografija; ġestjoni tal-innovazzjoni; matematika; fiżika; xjenza politika; psikoloġija; politika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija; disinn tas-servizz; xjenzi soċjali u studji umanistiċi; statistika; ġestjoni tat-tranżizzjonijiet lejn is-sostenibbiltà.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: analiżi tax-xejriet soċjetali; riċerka politika u ta’ governanza; stima tal-impatt ambjentali; metodi ta’ tbassir; metodoloġija tal-istħarriġ; rakkomandazzjonijiet ta’ politika; kollaborazzjoni; komunikazzjoni u ġestjoni; pożizzjoni ekonomika u finanzjarja; riċerka ta’ sigurtà u soċjoteknika.

10. Xjenza tal-imġiba, l-ekonomija u l-edukazzjoni

Id-diploma tista’ tkun f’wieħed jew aktar mill-oqsma xjentifiċi li ġejjin: ekonomija; xjenzi edukattivi; xjenza politika; psikoloġija; xjenzi soċjali u studji umanistiċi, statistika.

L-esperjenza professjonali trid tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: riċerka fl-edukazzjoni; analiżi tal-imġiba; disinji sperimentali u kważi-sperimentali; komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni; tfassil u implimentazzjoni tal-politika; analiżi tad-data; metodi statistiċi u ekonometriċi; kitba u rappurtar; taħriġ u tagħlim; ġestjoni tat-tim u tal-proġett.