Skip to main content

FAQs

Below you can find the answer to your question.
If you are searching in your language and you are not getting any results, please try in English. The content may not yet be translated.

Couldn't find the answer? Please try our AI assistant or contact us.

Le. L-applikazzjoni għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO u l-parteċipazzjoni fihom huma mingħajr ħlas.

L-EPSO ma jitlob l-ebda tariffa tar-reġistrazzjoni jew tal-parteċipazzjoni fl-ebda stadju tal-proċess tas-selezzjoni.

Jaf tiltaqa’ ma’ kumpaniji privati li joffru korsijiet ta’ tħejjija, materjali ta’ taħriġ jew ikkowċjar bi ħlas għall-kompetizzjonijiet tal-EPSO. Dawn il-kumpaniji joperaw b’mod indipendenti u mhumiex affiljati mal-EPSO jew mal-istituzzjonijiet tal-UE jew approvati minnhom.

Jekk tara messaġġi, siti web jew posts fuq il-media soċjali li jissuġġerixxu li trid tħallas tariffa biex tapplika għal kompetizzjoni tal-EPSO, ittrattahom b’kawtela.

Le, ma tintbagħatx email ta’ konferma wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek għal kompetizzjoni.

Tista’ tivverifika jekk l-applikazzjoni tiegħek ġietx sottomessa billi tikklikkja fuq “L-applikazzjonijiet tiegħi” fil-kont tal-Portal Uniku tal-Kandidati tiegħek. Jekk l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek ikun “Ivvalidat”, dan ifisser li l-applikazzjoni tiegħek ġiet sottomessa b’suċċess.

L-istatus “Għadha għaddejja” huwa l-istatus li l-applikazzjonijiet ivvalidati kollha jinbidlu awtomatikament għalih wara li tkun għaddiet l-iskadenza tal-applikazzjoni.

Għall-kompetizzjonijiet miftuħa:

Iva, tista’ timmodifika l-lingwi tiegħek anke wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek għal kompetizzjoni miftuħa, sakemm id-data tal-iskadenza tal-applikazzjoni ma tkunx għaddiet. Ladarba tgħaddi d-data tal-iskadenza, il-formola tal-applikazzjoni, inkluża l-għażla tal-lingwi, ma tkunx tista’ tiġi modifikata aktar.

Jekk teditja l-applikazzjoni tiegħek wara li tissottomettiha, tinsiex terġa’ tikklikkja “Issottometti”. Inkella, l-applikazzjoni tiegħek tibqa’ fi status ta’ abbozz u ma titqiesx.

Ara wkoll: Kif nista’ nagħżel il-lingwi tat-testijiet?

 

Għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-istaff kuntrattwali:

Ma tistax tibdel l-għażliet tal-lingwa tiegħek inti stess.

Minflok, ikollok tissottometti talba lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt.

Innota li r-rekwiżiti tal-lingwi huma definiti fit-taqsima 3.2 tas-Sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess.

Ara wkoll: Kif nista’ nagħżel il-lingwi tat-testijiet?

Le. Ladarba tgħaddi l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta’ sostenn indikati fl-Avviż tal-Kompetizzjoni, il-kandidati ma jkunu jistgħu japplowdjaw l-ebda dokument fl-applikazzjoni tagħhom.

L-EPSO ma jaċċettax dokumenti mibgħuta bil-email jew permezz tal-formola ta’ kuntatt.

Madanakollu, f’konformità mal-Avviż tal-Kompetizzjoni, il-kandidati jistgħu jintalbu fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ selezzjoni jipprovdu informazzjoni addizzjonali jew dokumenti ta’ sostenn. Jekk ikun meħtieġ, il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jikkuntattja lill-kandidati permezz tal-Portal Uniku tal-Kandidati tagħhom biex jitlob dokumenti neqsin, inklużi dokumenti tal-identità.

Kompetizzjonijiet miftuħa għal staff permanenti:

Le, trid tiġi ppreżentata applikazzjoni separata għal kull kompetizzjoni.

Il-kandidati jridu jimlew u jissottomettu l-formola tal-applikazzjoni għal kull kompetizzjoni li jixtiequ japplikaw għaliha, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Avviż tal-Kompetizzjoni rilevanti.

Proċeduri ta’ selezzjoni għall-istaff kuntrattwali:

Le, trid tiġi sottomessa applikazzjoni separata għal kull profil u/jew grupp ta’ funzjoni.

Il-kandidati jridu jgħaddu mit-testijiet meħtieġa għall-profil speċifiku jew għall-grupp ta’ funzjonijiet ikkonċernat.

Għal aktar informazzjoni dwar il-profili u l-gruppi ta’ funzjonijiet, jekk jogħġbok ara l-paġna ddedikata tagħna għall-proċeduri ta’ selezzjoni għall-istaff kuntrattwali.

Għall-kompetizzjonijiet miftuħin li jużaw il-Portal Uniku tal-Kandidati:

Iva, tista’ timmodifika l-formola tal-applikazzjoni tiegħek wara li tissottomettiha, sakemm id-data tal-iskadenza tal-applikazzjoni ma tkunx għaddiet. Ladarba tgħaddi d-data tal-iskadenza, il-formola tal-applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi modifikata aktar.

Jekk teditja l-applikazzjoni tiegħek wara li tissottomettiha, tinsiex terġa’ tikklikkja “Issottometti”. Inkella, l-applikazzjoni tiegħek tibqa’ fi status ta’ abbozz u ma titqiesx.

Nota: Tista’ taġġorna s-CV tiegħek fil-Portal Uniku tal-Kandidati fi kwalunkwe ħin. Madankollu, il-verżjoni sottomessa mal-applikazzjoni tiegħek biss se titqies meta tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għall-kompetizzjoni speċifika li applikajt għaliha. Kwalunkwe aġġornament sussegwenti mhux se jaffettwa l-applikazzjoni sottomessa minnek.


Għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-persunal kuntrattwali:
Tista’ timmodifika l-applikazzjoni(jiet) tiegħek u tapplowdja jew taġġorna s-CV tiegħek fi kwalunkwe ħin fil-Profil tal-EPSO tiegħek.

Tinsiex taġġorna l-applikazzjoni(jiet) tiegħek tal-anqas kull sitt xhur jekk tixtieq tibqa’ viżibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ. Dan japplika irrispettivament minn jekk għaddejtx jew le mit-testijiet.

Kompetizzjonijiet miftuħa għal staff permanenti:

Il-kandidati jistgħu japplikaw għal aktar minn kompetizzjoni miftuħa waħda, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni rilevanti.

Madankollu, mhuwiex possibbli li tiġi ppreżentata aktar minn applikazzjoni waħda għall-istess kompetizzjoni, sakemm ma jkunx iddikjarat espliċitament mod ieħor fl-Avviż tal-Kompetizzjoni.

Proċeduri ta’ selezzjoni għal persunal kuntrattwali:

Il-kandidati jistgħu japplikaw għal profili jew gruppi ta’ funzjoni multipli, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fis-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess rilevanti.

Madankollu, hija permessa applikazzjoni waħda biss għal kull profil. Pereżempju, il-kandidati ma jistgħux joħolqu aktar minn applikazzjoni waħda għall-profil ta’ “tradutturi”, inklużi applikazzjonijiet b’lingwi fil-mira differenti. 

Tista’ tiddikjara l-lingwi kollha tiegħek taħt “Ħiliet lingwistiċi” fil-formola tal-applikazzjoni jekk għandek għarfien ta’ aktar minn żewġ lingwi uffiċjali. Dan se jippermetti lis-servizzi ta’ reklutaġġ biex isibu l-applikazzjoni tiegħek skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

Il-kandidati jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni tagħhom bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Iva, meta japplikaw għal kompetizzjoni tal-EPSO, il-kandidati jistgħu jagħżlu jekk jixtiqux li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom jiġu kondiviżi mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE tagħhom.

Jekk il-kandidati jaqblu, l-EPSO jista’ jittrażmetti isimhom, l-indirizz tal-email tagħhom u r-referenza tal-kompetizzjoni kkonċernata sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jikkuntattjawhom b’offerti ta’ appoġġ relatati mal-proċess tal-għażla u tar-reklutaġġ (bħal taħriġ, sessjonijiet ta’ informazzjoni jew materjali ta’ gwida).

Din l-għażla hija fakultattiva u tapplika biss għall-kompetizzjoni speċifika kkonċernata. Il-kandidati jridu jindikaw l-għażla tagħhom kull darba li jissottomettu applikazzjoni ġdida.

Il-kandidati jistgħu jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin billi jikkuntattjaw lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

L-ipproċessar tad-data personali jitwettaq skont ir-regoli tal-UE applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.