Ittestjar
Il-proċess ta’ selezzjoni jinkludi testijiet ta’ raġunament online, kif ukoll testijiet dwar l-għarfien tal-UE, il-ħiliet diġitali u komponiment b’test liberu dwar kwistjonijiet tal-UE.
Id-dettalji kollha huma disponibbli fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni.
Il-kandidati jistgħu jagħżlu kwalunkwe żewġ lingwi mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE għall-ittestjar.
Ladarba jkunu fuq lista ta’ riżerva, il-kandidati li jgħaddu jistgħu jiġu kkuntattjati mis-servizzi ta’ reklutaġġ tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE interessati fil-profil tagħhom, għal intervisti ta’ reklutaġġ immirati. Tali intervisti, u kwalunkwe proċedura relatata oħra, huma barra mill-proċess ta’ selezzjoni mwettaq mill-EPSO. L-intervisti ta’ reklutaġġ jitwettqu mis-servizzi ta’ reklutaġġ rilevanti normalment bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż. Lingwi oħrajn jistgħu jintużaw ukoll matul l-intervisti, abbażi tal-ħtiġijiet tas-servizzi li jkunu qed jirreklutaw u l-għarfien espress mill-kandidati fl-applikazzjonijiet tagħhom.