Skip to main content

Applika għall-kompetizzjoni tal-Ġuristi lingwisti (AD7)

Il-Bulgaru, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ispanjol, l-Irlandiż, il-Malti, l-Olandiż, ir-Rumen

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ibbażata fil-Lussemburgu, qed tfittex ġuristi lingwisti għal-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru (BG), il-Ġermaniż (DE), il-Grieg (EL), l-Ispanjol (ES), l-Irlandiż (GA), il-Malti (MT), l-Olandiż (NL) u r-Rumen (RO). Il-kandidati li jirnexxu se jiġu reklutati bħala amministraturi fil-grad AD 7. Dan l-avviż ikopri tmien lingwi, kull waħda tikkorrispondi għal kompetizzjoni separata. Il-kandidati jistgħu japplikaw għal wieħed minnhom biss.

Għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula, skont il-lingwa

  • Il-Bulgaru: 12

  • Il-Ġermaniż: 30

  • Il-Grieg: 20

  • L-Ispanjol: 20

  • L-Irlandiż: 30

  • Il-Malti: 10

  • L-Olandiż: 20

  • Ir-Rumen: 12

Skadenzi ewlenin

Il-perjodu tal-applikazzjoni huwa mill-21 ta’ Ottubru 2026 sal-25 ta’ Novembru 2026 (12.00 nofsinhar, ħin tal-Lussemburgu).

Il-kandidati jridu japplowdjaw: 

  • karta tal-identità valida jew passaport validu sal-iskadenza tal-applikazzjoni (il-25 ta’ Novembru 2026, 12.00 nofsinhar, ħin tal-Lussemburgu), u 
  • dokumenti ta’ sostenn sad-29 ta’ Marzu 2027 (12.00 nofsinhar, ħin tal-Lussemburgu).