Applika għall-kompetizzjoni tal-ġestjoni tad-data (AST3)
L-Unjoni Ewropea qed tfittex professjonisti fil-ġestjoni tad-data biex jingħaqdu mas-servizz ċivili tagħha.
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali biex jistabbilixxi listi ta’ riżerva għall-assistenti (grad AST3) fl-oqsma li ġejjin:
- Proċessar tad-data, analitika u statistika
- Studji bibljotekarji u xjenza tal-informazzjoni
- Ġestjoni tar-rekords u tal-arkivji
Il-kandidati jistgħu japplikaw għal qasam wieħed biss.
Skadenzi ewlenin
Il-perjodu ta’ applikazzjoni huwa mis-6 ta’ Ottubru 2026 sal-11 ta’ Novembru 2026 (12.00 nofsinhar, ħin ta’ Brussell).
Il-kandidati jridu japplowdjaw:
- karta tal-identità valida jew passaport validu sal-iskadenza tal-applikazzjoni (11 ta’ Novembru 2026, 12.00 nofsinhar, ħin ta’ Brussell), u
- dokumenti ta’ sostenn sal-11 ta’ Marzu 2027 (12.00 nofsinhar, ħin ta’ Brussell).