Skip to main content

FAQs

Below you can find the answer to your question.
If you are searching in your language and you are not getting any results, please try in English. The content may not yet be translated.

Kompetizzjonijiet miftuħa għal staff permanenti:
Ir-riżultati tat-testijiet tiegħek huma validi biss għall-kompetizzjoni speċifika li fiha għamilt it-testijiet.

Proċeduri ta’ selezzjoni għal persunal kuntrattwali:
F’ċerti kundizzjonijiet, ir-riżultati tat-testijiet tiegħek jistgħu jitqiesu fi proċeduri oħra ta’ selezzjoni għal persunal kuntrattwali.

Tista’ timla l-applikazzjoni tiegħek bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Il-formola ta’ applikazzjoni kollha tiegħek se tiġi aċċessata minn Bord tal-Għażla (matul il-kompetizzjoni) u mis-servizzi tal-HR tal-Istituzzjonijiet Ewropej (għar-reklutaġġ f’każ li tkun kandidat magħżul) li, kif ġie spjegat hawn fuq, jaħdmu b’numru limitat ta’ lingwi veikolari.

F’każ li tirnexxi fil-kompetizzjoni u ismek jitqiegħed fuq il-lista ta’ riżerva, tintalab tipprovdi traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa 2 tiegħek (magħżula minn fost il-5 lingwi offruti) lis-servizzi ta’ reklutaġġ jekk tkun użajt lingwa oħra biex timla l-formola tal-applikazzjoni.

Ikollok tistenna sal-aħħar tal-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni biex tiġbor id-dejta mill-applikazzjonijiet kollha qabel ma tfassal lista tal-lingwi li huma frekwentement l-aktar iddikjarati mill-kandidati. L-istatistika minn kompetizzjonijiet preċedenti mhix rilevanti għax din id-dejta hi preġudikata mill-fatt li l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż kienu mandatarji.

Madankollu, tista’ tikkonsulta r-rapport Ewropew dwar il-lingwi magħrufin u użati l-aktar, li jista’ jipprovdi linji gwida iżda ebda garanzija. Barra minn hekk, huma l-istituzzjonijiet li jivvaliditaw il-ħames lingwi proposti minn EPSO abbażi tad-dejta estratta mill-applikazzjonijiet fit-tmiem tal-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni.

Staff permanenti - kompetizzjonijiet miftuħin:

Trid tipprovdi dokumenti ta’ sostenn biex tikkonferma l-informazzjoni ddikjarata fl-applikazzjoni tiegħek (identità, edukazzjoni, u esperjenza professjonali), kif ġej:

1. Identità: Trid tipprovdi kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport validu tiegħek.

2. Edukazzjoni u kwalifiki: 

  • Applowdja d-diploma sekondarja tiegħek (għall-kompetizzjonijiet AST-SC / AST) jew d-diploma postsekondarja tiegħek (għall-kompetizzjonijiet AST u AD) flimkien mal-lista tal-korsijiet li segwejt.
  • Kun ċert li tinkludi d-diploma li tagħtik aċċess għall-kompetizzjoni kif meħtieġ fl-Avviż tal-Kompetizzjoni, il-punt 3.3. “Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol” u li ismek, it-timbri, il-firem u n-numri tas-serje tiegħek (jekk applikabbli) huma viżibbli.   
  • Żid prova ta’ kwalunkwe traineeship u taħriġ rilevanti, dment li jikkontrbwixxu għall-issodisfar tar-rekwiżit ta’ eliġibilità (jekk jogħġbok irreferi għall-Avviż tal-kompetizzjoni).

    Lawrji, diplomi u/jew ċertifikati, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, iridu jiġu rikonoxxuti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE. 
    Ara wkoll: Taċċettaw il-kwalifika/id-diploma tiegħi maħruġa f’pajjiżi mhux tal-UE?

3. Esperjenza professjonali:

Trid tipprovdi dokumenti li juru n-natura tad-dmirijiet tiegħek u t-tul ta’ żmien tal-esperjenza tiegħek. Perjodi ta’ esperjenza professjonali li mhumiex appoġġjati minn deskrizzjoni tal-impjieg ma jitqisux mill-Bord ta’ Selezzjoni. Jekk jogħġbok innota li mhi meħtieġa l-ebda esperjenza professjonali għall-kompetizzjoni tal-amministraturi tal-gradwati (AD5).

Hawn taħt hawn xi eżempji tat-tip ta’ dokumenti li l-kandidati għandhom jipprovdu:

3.1: Għal xogħol b’salarju: 

  • Dokumenti mill-impjegatur(i) attwali u preċedenti li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqin bħal ittri mis-superjur ġerarkiku, rapporti ta’ evalwazzjoni li jiddeskrivu l-kompiti tiegħek, deskrizzjonijiet tax-xogħol ipprovduti mill-impjegatur tiegħek, kuntratti inklużi deskrizzjonijiet dettaljati tad-dmirijiet imwettqin.
  • Kuntratt(i) ta’ impjieg bid-data tal-bidu u tat-tmiem, jew l-ewwel u l-aħħar dikjarazzjonijiet tal-paga.

Id-dokumenti kollha jridu jkunu datati, jinkludu ismek u jkollhom l-intestatura uffiċjali tal-kumpanija, it-timbru, kif ukoll l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli.

3.2: Għal dawk li jaħdmu għal rashom / professjonijiet liberi: 

  • Fatturi, kuntratti, formoli tal-ordni  
  • Korrispondenza bl-email
  • Minuti tal-laqgħat
  • Dokumenti tat-taxxa
  • Prova ta’ sħubija f’assoċjazzjoni professjonali

Informazzjoni importanti

  • Id-dokumenti ta’ sostenn jistgħu jiġu sottomessi fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u jridu jiġġustifikaw l-informazzjoni pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Kull entrata tas-CV tiegħek (edukazzjoni, esperjenza professjonali) trid tkun appoġġjata mid-dokumenti rilevanti; inkella ma tiġix ikkunsidrata. 
  • Hi r-responsabbiltà tal-kandidati li jipprovdu lill-Bord ta’ Selezzjoni bl-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa biex jivverifikaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni.
  • Jekk tonqos milli tipprovdi biżżejjed evidenza dokumentarja sal-iskadenza indikata fl-Avviż tal-Kompetizzjoni, tista’ titqies bħala mhux eliġibbli u eskluż mill-kompetizzjoni. 
  • B’mod ġenerali, mhu meħtieġ l-ebda dokument ta’ sostenn biex jiġi ppruvat l-għarfien lingwistiku (jekk jogħġbok iċċekkja l-Avviż tal-Kompetizzjoni għall-eċċezzjonijiet). 
  • Il-kandidati jistgħu jiġu kkuntattjati permezz ta’ email biex jipprovdu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali marbuta ma’ diploma jew esperjenza professjonali partikolari, f’każ li jkunu meħtieġa.

Kun ċert li tipprovdi d-dokumenti kollha li għandek għad-dispożizzjoni tiegħek u li int intitolat li tixxerja. Id-dokumenti tiegħek se jiġu ttrattati f’konformità mal-istqarrija ta’ privatezza tagħna.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok iċċekkja l-Avviż tal-Kompetizzjoni, b’mod partikolari t-taqsima “Dokumenti ta’ sostenn” u t-taqsima Eliġibbiltà.

Proċeduri ta’ selezzjoni tal-istaff kuntrattwali

Il-kandidati għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-istaff kuntrattwali ma jistgħux japplowdjaw id-dokumenti ta’ sostenn mal-applikazzjoni/jiet tagħhom fil-profil tal-EPSO tagħhom. 

Id-dokumenti ta’ sostenn se jintalbu fl-istadju tat-testijiet ta’ reklutaġġ u/jew qabel ir-reklutaġġ mis-servizzi ta’ reklutaġġ.

Il-kandidati jridu jkunu kapaċi jipprovdu dokumenti li jappoġġjaw l-informazzjoni ddikjarata fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom (kwalifiki, esperjenza professjonali, eċċ.). Is-servizzi ta’ reklutaġġ se jinfurmaw lill-kandidati dwar liema dokumenti jridu jiġu pprovduti (kopji jew oriġinali) u sa meta.

L-EPSO ma jistax jipprovdi informazzjoni dwar ir-regoli speċifiċi applikati mis-servizzi ta’ reklutaġġ individwali. L-informazzjoni ta’ hawn taħt hija pprovduta għal skopijiet illustrattivi biss.

1. Identità: Trid tipprovdi kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport validu tiegħek.

2. Edukazzjoni u kwalifiki - Trid tipprovdi:

  • Kopji ta’ diplomi u/jew ċertifikati ta’ taħriġ li jagħtu prova ta’ kwalifiki edukattivi 
  • Għal diplomi jew ċertifikati maħruġa barra mill-UE: dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE

3. Esperjenza professjonali

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn dokumenti oriġinali jew iċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

3.1: Għal xogħol b’salarju: 

 Dokumenti mill-impjegatur(i) attwali u preċedenti li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqin bħal ittri mis-superjur ġerarkiku, rapporti ta’ evalwazzjoni li jiddeskrivu l-kompiti tiegħek, deskrizzjonijiet tax-xogħol ipprovduti mill-impjegatur tiegħek, kuntratti inklużi deskrizzjonijiet dettaljati tad-dmirijiet imwettqin. 

                 Kuntratt(i) ta’ impjieg bid-data tal-bidu u tat-tmiem, jew l-ewwel u l-aħħar dikjarazzjonijiet tal-paga.

Id-dokumenti kollha jridu jkunu datati, jinkludu ismek u jkollhom l-intestatura uffiċjali tal-kumpanija, it-timbru, kif ukoll l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli.

3.2: Għal dawk li jaħdmu għal rashom / professjonijiet liberi: 

  • Fatturi, kuntratti, formoli tal-ordni  
  • Korrispondenza bl-email
  • Minuti tal-laqgħat
  • Dokumenti tat-taxxa
  • Prova ta’ sħubija f’assoċjazzjoni professjonali

3.3: Għal tradutturi freelance: Dokumenti li jiċċertifikaw il-perjodi ta’ ħin maħduma u l-għadd ta’ paġni tradotti

3.4: Għal interpreti freelance: Dokumenti li jiċċertifikaw in-numru ta’ jiem maħduma, u l-lingwi interpretati minnhom u lejhom.

It-testijiet online jirrikjedu li kuntrattur estern parti terza jieħu l-kontroll tal-kompjuter tiegħek waqt li tagħmel it-test. Fost affarijiet oħrajn, dan jimpedixxi lill-kandidati milli jibbrawżjaw l-internet jew milli jkollhom applikazzjonijiet miftuħin li jkunu barra mill-ambitu tat-testijiet.

Sabiex it-testijiet ta’ selezzjoni online jkunu jistgħu jsiru fuq kompjuter korporattiv — inklużi dawk disponibbli għall-istaff tal-klijenti istituzzjonali tal-EPSO (eż. il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u oħrajn) — il-kontrolli multipli tas-sigurtà jkollhom jiġu diżattivati, jintgħamlu inqas stretti jew jinbidlu minn amministratur awtorizzat.

Partijiet konċernati korporattivi jridu jiżguraw li r-riskji għall-ambjent diġitali tagħhom jiġu minimizzati u huwa għalhekk li l-kandidati normalment ma jistgħux jużaw il-kompjuter korporattiv tagħhom għat-testijiet b’inviġilazzjoni mill-bogħod.

Il-kandidati jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni tagħhom bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Bħala regola ġenerali, il-kandidati jridu jkunu kisbu l-kwalifiki minimi tad-dħul speċifikati fl-Avviż tal-Kompetizzjoni jew fis-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess sal-iskadenza tal-applikazzjoni. Il-kwalifiki mogħtija wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati.

Madankollu, bħala eċċezzjoni, għall-kompetizzjoni EPSO/AD/427/26 (Amministraturi Gradwati – AD5), il-kandidati jrid ikollhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ta’ mill-inqas 3 snin, iċċertifikati b’diploma, li l-għoti tiegħu irid ikun ġie deċiż mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2026, irrispettivament mill-iskadenza tal-applikazzjoni. Jekk jogħġbok ara l-Anness III tal-Avviż tal-Kompetizzjoni għal eżempji ta’ kwalifiki minimi.

Il-kandidati li jirreġistraw għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-persunal kuntrattwali ma jistgħux jillinkjaw id-dokumenti ta’ sostenn mal-applikazzjoni(jiet) tagħhom. 

Is-servizzi ta’ reklutaġġ se jinfurmaw lill-kandidati meta għandhom jissottomettu d-dokumenti li jappoġġaw id-dikjarazzjonijiet li jkunu għamlu fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. 

Is-servizzi ta’ reklutaġġ se jiddeterminaw liema dokumenti huma aċċettabbli.

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-istaff tal-UE huma stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol jistgħu jvarjaw skont l-istituzzjoni jew il-korp tal-UE. Għal regoli speċifiċi jew informazzjoni addizzjonali, il-kandidati jingħataw il-parir li jikkonsultaw is-servizzi rilevanti tar-Riżorsi Umani.

Ara l-livelli tas-salarji u l-progressjoni (aġġornati fil-11.4.2025) għal aktar informazzjoni dwar is-salarji.

Tista’ titlob aġġustamenti speċjali għat-testijiet ta’ selezzjoni tal-Persunal bil-kuntratt (CAST P) billi timmarka l-kaxxa “rekwiżiti speċjali” fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Se tintalab ukoll timla formola ta’ informazzjoni dwar il-ħtiġijiet speċjali tiegħek u tipprovdi dokumenti ta’ sostenn rilevanti.

Jekk tingħata arranġamenti raġonevoli għat-testijiet organizzati mill-EPSO, se jingħatawlek id-dettalji qabel id-data tat-test tiegħek. Xi drabi, l-arranġament ta’ dawn l-aġġustamenti jista’ jdewwem it-test tiegħek għall-perjodu li jmiss, u se tiġi infurmat kif xieraq. L-EPSO jiżgura li l-kandidati preselezzjonati (fil-lista preliminari) kollha jiġu mistiedna u ttestjati fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.

Nota: It-testijiet ta’ reklutaġġ jiġu organizzati mis-servizzi ta’ reklutaġġ. Jekk teħtieġ aġġustamenti għal dawn, ikkuntattja lir-reklutatur malli tirċievi l-istedina tiegħek għat-test. L-EPSO mhux se jaqsam il-kundizzjoni jew il-ħtiġijiet tiegħek mar-reklutaturi.