Skip to main content

Dmirijiet tipiċi

Bħala ġurist lingwist fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, trid tkun tista’ tittraduċi testi legali ta’ spiss kumplessi (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, Konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali, noti ta’ partijiet, eċċ.) fil-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-UE (li waħda minnhom, għal din il-kompetizzjoni, trid tkun il-Franċiż). Trid tkun tista’ tirrieżamina dawn it-traduzzjonijiet u tipprovdi analiżi legali f’kooperazzjoni mar-Reġistri u d-dipartimenti l-oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Il-ħidma ta’ ġurist lingwist tinvolvi l-użu ta’ għodod standard tal-IT u għodod teknoloġiċi oħra tal-uffiċċju.